Reġistru Pubbliku – Paġna tas-Sezzjoni – Reġistru taż-Żwiġijiet

Pubbliku Reġistru

It-taqsima tar-Reġistru taż-Żwiġijiet tirċievi talbiet għall-pubblikazzjoni tal-bandi għal żwiġijiet u unjonijiet ċivili li jsiru f'Malta. It-taqsima tar-Reġistru taż-Żwiġijiet hija responsabbli kemm għaż-żwiġijiet reliġjużi kif ukoll għal dawk ċivili.

 

Rekwiżiti:

 

Koppji huma mitluba jibbukkjaw appuntament ma' uffiċjal tar-Reġistru taż-Żwiġijiet billi jikklikkjaw fuq il-Link li ġejja jew billi jibagħtu email lil pubreg.marriage@gov.mt mill-inqas tliet (3) xhur qabel id-data taż-żwieġ tagħhom. L-email trid tinkludi numru tat-telefon fejn il-koppja tista' tiġi kkuntattjata.

 

L-Artikolu 15(1) tal-Att dwar iż-Żwieġ (Kap 255 tal-Liġijiet ta' Malta) jiddikjara li; ‘Żwieġ ċivili għandu jiġi kkuntrattat fil-preżenza tar-Reġistratur, jew ta’ uffiċjal tar-Reġistru taż-Żwiġijiet awtorizzat mir-Reġistratur biex joffiċja żwiġijiet, u tax-xhieda meħtieġa minn dan l-Att.’.