Pubbliku Reġistru
Ir-responsabbiltajiet tar-Reġistru Pubbliku joriġinaw mill-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku (Kap. 56), l-Att dwar iż-Żwieġ (Kap. 255), l-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili (Kap. 530), u l-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) (Artikoli 1 sa 306).
L-Artikolu 238 (1) tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta) jirrikjedi li; “Fl-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Malta u f’Għawdex, għandhom jinżammu ħames kotba tar-reġistru: wieħed għar-reġistrazzjoni ta’ atti ta’ twelid, wieħed għar-reġistrazzjoni ta’ atti ta’ żwieġ, ieħor għar-reġistrazzjoni ta’ unjonijiet ċivili, ieħor għar-reġistrazzjoni ta’ atti ta’ mewt, u l-ħames wieħed għar-reġistrazzjoni ta’ atti ta’ koabitazzjoni.”.
Ir-Reġistru Pubbliku twaqqaf fit-3 ta’ Awwissu 1889, iżda r-rekords tiegħu jmorru lura għall-1863. Ir-rekords miżmuma fir-Reġistru Pubbliku jinkludu atti ta’ twelid, żwieġ, unjoni ċivili, mewt, u reġistrazzjonijiet ta’ adozzjoni.
Id-dokumenti kollha ppreżentati jinżammu u jiġu ppreservati b’mod indefinit fl-Arkivji tar-Reġistru Pubbliku.
Malta
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07:30-14:00
l-Erbgħa 07:30-14:00 / 15:00-18:00
Is-Sibt 07:30-11:00
Għawdex
Sezzjoni ta' Notifiki Lokali u Barranin:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07:30-13:00 (xitwa) / 07:30-12:00 (sajf)
Is-Sibt 07:30-11:00 (xitwa) / 07:30-11:00 (sajf)
Servizzi Oħra:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07:30-13:00 (xitwa) / 07:30-12:00 (sajf)
Onda Building, Aldo Moro, Marsa, Malta
(+356) 2590 4000
Tnej 07:30 - 14:30, Tli 07:30 - 14:30, Erb 07:30 - 14:00 u 15:00 - 18:00, Ħam 07:30 - 14:30, Ġim 07:30 - 14:30
pubreg.identita@gov.mt
Għawdex
Reġistru Pubbliku ta' Għawdex, Livell 2, 132, Triq George Borg Olivier, Victoria, Għawdex
Tnej 07:00 - 14:30, Tli 07:00 - 14:30, Erb 07:00 - 14:00 u 15:00 - 18:15, Ħam 07:00 - 14:30, Ġim 07:00 - 14:30, Sib 07:15 - 11:00