Notifiki Lokali u Barranin tar-Reġistru Pubbliku – Notifiki Lokali ta' Mewt

Reġistru Pubbliku

Online: https://notifications.identita.gov.mt

 

Bil-Posta billi tibgħat email fuq: localnotifications.pubreg.identita@gov.mt

 

Żjara fir-Reġistru Pubbliku: In-notifika ta’ mewt tista’ ssir billi żżur l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, jew fil-Bini Onda, Triq Aldo Moro, il-Marsa fil-każ ta’ mewt f’Malta u r-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq George Borg Olivier, ir-Rabat, jekk il-mewt seħħet f’Għawdex. L-istaff tar-Reġistru Pubbliku se jgħin lin-notifikatur jimla l- “Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Notifika ta’ Mewt” li tista’ titniżżel mill-(LINK).

 

Proċedura:

 

Id-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiġi nnotifikata mewt tinkludi:

 

  • Ċertifikat tal-Mewt u l-Kawża Tagħha DH35 maħruġ mit-tabib li jiċċertifika l-mewt;
  • Il-Karta tal-Identità tal-persuna mejta;
  • Il-Karta tal-Identità tal-persuna li tinnotifika.

Jistgħu jkunu meħtieġa dokumentazzjoni oħra, skont l-istat ċivili tal-persuna mejta.

Ladarba jiġi rreġistrat l-Att tal-Mewt, in-notifikatur jiġi infurmat permezz ta' SMS jew email. Iċ-Ċertifikat tal-Mewt jista' mbagħad jiġi ordnat mill-website tar-Reġistru Pubbliku www.certifikati.gov.mt.

Ir-Reġistru Pubbliku jeħtieġ dokumenti oriġinali għall-finijiet ta' reġistrazzjoni. Dokumenti ppreżentati lir-Reġistru Pubbliku jinżammu b'mod indefinit fl-arkivji tiegħu. Dokumenti pubbliċi li mhumiex bil-lingwa Ingliża jridu jiġu tradotti bil-Malti jew bl-Ingliż. F'każijiet fejn qasam wieħed jew diversi oqsma huma f'lingwa oħra għajr il-lingwa Ingliża jew Maltija, hija meħtieġa traduzzjoni ta' dawn l-oqsma għall-ipproċessar tad-dokument. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn dan li ġej (LINK) Politika għar-rikonoxximent ta' dokumenti pubbliċi barranin minn Identità.

Ibbukjar ta' Passaport

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit. Suspendisse et sagittis tellus, quis viverra diam.