Reġistru Pubbliku
Online: https://pubreg.identita.gov.mt
Bil-Posta billi tibgħat email fuq: localnotifications.pubreg.identita@gov.mt għal Malta u localnotificationsgozo.pubreg@gov.mt għal Għawdex.
Żjara fir-Reġistru Pubbliku: In-notifika ta’ twelid tista’ ssir billi żżur l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, jew fil-Bini Onda, Triq Aldo Moro, il-Marsa fil-każ ta’ twelid f’Malta u r-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq George Borg Olivier, ir-Rabat, jekk it-twelid seħħ f’Għawdex. L-istaff tar-Reġistru Pubbliku se jgħin lill-ġenitur/i jimlew il- 'Formola tad-Dikjarazzjoni ta’ Notifika tat-Twelid' li tista’ titniżżel mill-(LINK).
Il-ġenitur/i ta' wild imwieled f'Malta huwa/huma obbligat/i jinnotifika/w t-twelid fi żmien ħmistax (15) il-jum mit-twelid.
Ladarba jiġi rreġistrat l-Att tat-Twelid, il-ġenitur/i jiġi/u infurmat/i permezz ta' SMS jew email. Iċ-Ċertifikat tat-Twelid jista' mbagħad jiġi ordnat mill-website tar-Reġistru Pubbliku www.certifikati.gov.mt.
Proċedura:
Id-dokumentazzjoni meħtieġa biex timtela notifika tat-twelid tinkludi ċ-ċertifikat oriġinali ta’ ‘Notifika tat-Twelid ta’ Tarbija’ maħruġ mill-isptar fejn seħħ it-twelid u d-dokumenti ta’ identifikazzjoni tal-ġenitur/ġenituri.
Jista' jkun hemm bżonn ta' dokumentazzjoni oħra, skont l-istat ċivili tal-ġenitur/i.
Jiġi impost ħlas ta’ €2.60 għal kull twelid irreġistrat.
Hemm każijiet eċċezzjonali fejn il-proċess tan-notifika tat-twelid ma jistax isir online jew bil-posta. F'każijiet bħal dawn, il-ġenituri jeħtieġ li jżuru l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku fil-Marsa, l-Isptar Mater Dei, l-Imsida, jew ir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex, fir-Rabat, jekk it-twelid seħħ f'Għawdex biex jimlew in-Notifika tat-Twelid.
Ir-Reġistru Pubbliku jeħtieġ dokumenti oriġinali għal skopijiet ta’ reġistrazzjoni. Id-dokumenti ppreżentati lir-Reġistru Pubbliku jinżammu b’mod indefinit fl-arkivji tiegħu. Dokumenti pubbliċi li mhumiex bil-lingwa Ingliża jridu jiġu tradotti għall-Malti jew għall-Ingliż. F’każijiet fejn qasam wieħed jew diversi oqsma huma b’lingwa oħra għajr il-lingwa Ingliża jew Maltija, traduzzjoni ta’ dawn il-qasam hija meħtieġa għall-ipproċessar tad-dokument. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Politika li ġejja (LINK) għar-rikonoxximent ta’ dokumenti pubbliċi barranin minn Identità.
