Paġna Prinċipali tat-Tfittxijiet

Taqsima tar-Riċerki

It-Taqsima tar-Riċerki hija Entità Pubblika li toħroġ ordnijiet ta' tfittxija relatati mat-Trasferiment ta' Proprjetà Immobbli minn individwi jew ditti. Il-klijent jagħmel użu mis-servizzi tagħna meta jkollu bżonn jikseb informazzjoni dwar kuntratti ta' xiri jew bejgħ ta' proprjetà u testmenti magħmula minn qraba jew persuni oħra. It-tfittxija hija kompletament iffukata fuq il-persuna aktar milli fuq il-proprjetà u wara li tinġabar it-tfittxija, il-klijent sussegwentement ikun jista' jitlob kopja tal-kuntratt attwali jew testment minn dipartiment ieħor. Wieħed jista' wkoll jagħmel tfittxija biex isir jaf jekk att li kien jipparteċipa fih kienx ikun irreġistrat.