Ryan Dimech
Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani
Ryan inħatar Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani fl-2020 wara li okkupa pożizzjoni maniġerjali minn meta ngħaqad mal-Aġenzija Identità Malta fl-2014.
Huwa jissorvelja grupp ta' uffiċjali tar-riżorsi umani u jmexxi d-dmirijiet ta' rutina tad-dipartiment, li jinkludu l-intervisti u l-impjegar ta' ħaddiema, u l-ġestjoni tal-benefiċċji tal-impjegati filwaqt li jibqa' aġġornat dwar kwalunkwe liġi li tista' taffettwa kemm l-aġenzija kif ukoll l-istaff tagħha. Barra minn hekk, huwa responsabbli għall-iżvilupp tat-talent, l-akkwist, id-diversità u l-inklużjoni, l-ippjanar tas-suċċessjoni, u ż-żamma tal-impjegati. L-imħabba tiegħu għat-teknoloġija għamlitha aktar faċli biex jimxi lejn din id-dinja diġitali li qed tiżviluppa filwaqt li jżomm kuntatt uman.
Ryan għandu Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju mill-Università ta' Chester u Grad fil-Ġestjoni mill-Università ta' Malta.