Kur. Mark Mallia
Kap Eżekuttiv

F'Jannar 2022, il-Kurunell Mark Mallia ġie maħtur Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Identity Malta. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-proċessi operattivi jiġu mmonitorjati u riveduti bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza tas-servizz lill-klijenti. Skont il-missjoni u l-viżjoni tal-aġenzija, l-aġenzija tiżviluppa u timplimenta strateġiji operattivi kemm għal żmien qasir kif ukoll għal żmien twil.
Qabel ma ngħaqad mal-IMA, huwa okkupa diversi pożizzjonijiet għolja fil-Forzi Armati ta' Malta għal ħafna snin. Huwa ngħaqad mal-Forzi Armati ta' Malta bħala Kadett Uffiċjal fl-1997 u ġie kkummissjonat bħala Uffiċjal fl-1998. Huwa nħatar Deputat Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta fl-20 ta' Diċembru 2013, u kien ukoll responsabbli mit-Taqsima tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani.
Il-Kur. Mark Mallia għandu Executive Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju, Baċellerat fil-Liġijiet (Unuri), u Diploma fl-Istudji tal-Ġestjoni, kollha mill-Università ta’ Malta.
