Taqsima tal-Karta tal-Identità
Numru ta' Karta tal-Identità elettronika (e-ID Card) għandu 7 ċifri, l-ewwel ħames ċifri jirrappreżentaw in-numru tar-reġistrazzjoni tat-twelid ta' persuna mar-Reġistru Pubbliku, u l-aħħar żewġ ċifri jirrappreżentaw is-sena meta t-twelid ġie reġistrat fir-Reġistru Pubbliku. In-numru tal-e-ID ta' persuna qatt ma jinbidel, ħlief f'każ ta' adozzjonijiet.
Tifsira tal-ittra fl-aħħar tan-numru tal-Karta tal-Identità:
Tifsira tal-ittra fl-aħħar tan-numru tal-Karta tal-Identità:
- A – applikabbli għal persuni barranin li rċevew Permess ta' Residenza
- B – applikabbli għal persuni Maltin li t-twelid tagħhom ġie reġistrat bejn l-1800 u l-1899
- G – applikabbli għal persuni Għawdxin li twelidhom ġie reġistrat bejn l-1900 u l-1999
- H – applikabbli għal persuni Għawdxin li t-twelid tagħhom ġie reġistrat wara s-sena 2000
- L – applikabbli għal persuni Maltin li t-twelid tagħhom ġie reġistrat wara s-sena 2000
- M – applikabbli għal persuni Maltin li t-twelid tagħhom ġie reġistrat bejn l-1900 u l-1999
- P – applikabbli għal ċittadini Maltin imwielda barra minn Malta u li ma jistgħux jipproduċu ċertifikat tat-twelid oriġinali li jistgħu jirreġistraw f'Malta.
- Z – applikabbli għall-persuni Għawdxin li t-twelid tagħhom ġie rreġistrat bejn l-1800 u l-1899
Il-Karta tal-Identità Maltija tista' tintuża bħala dokument tal-ivvjaġġar fil-pajjiżi tal-UE li jinsabu fiż-żona Schengen.
In-numru tad-dokument fuq il-Karta tal-Identità jinbidel ma' kull Karta tal-Identità li tinħareġ. Dan jintuża prinċipalment għall-attivazzjoni tal-kont tal-e-ID u l-klijenti huma mitluba jdaħħlu n-numru tad-dokument ma' kull tibdil li jsir fil-kont tal-e-ID tagħhom, għal skopijiet ta' sigurtà.
Il-PINs fl-ittra li tasal bil-posta jintużaw biex wieħed jagħmel użu miċ-ċertifikati (Ċertifikat ta' Awtentikazzjoni Ċertifikat ta' Firma) li jinsabu fuq l-e-ID tagħhom u miżmuma fuq il-kompjuter tagħhom. Barra minn hekk, wieħed ikollu bżonn ukoll juża Card reader u jdaħħal il-PIN A u l-PIN B, li jintbagħtu fir-residenza tal-applikant meta jirreġistra għal Karta tal-e-ID. Iċ-ċertifikati tal-Karta tal-Identità ġeneralment jintużaw għal servizzi sensittivi tal-e-Gvern, relatati ma' servizzi finanzjarji online jew sottomissjoni ta' offerti. Biex jinbidlu l-PINs, persuna trid tmur personalment fl-Unità tal-Karti tal-Identità biex tibdilhom. Il-PINs il-ġodda jinħolqu mid-detentur tal-Karta tal-Identità fuq is-sistema tagħna.
- Il-Karti tal-e-ID maħruġa lil applikanti ta' 14-il sena jiskadu xahar wara l-16-il għeluq sninhom;
- Il-Karti tal-e-ID maħruġa lil applikanti ta' 16-il sena jiskadu xahar wara t-18-il għeluq sninhom;
- Il-Karti tal-e-ID l-oħra kollha huma validi għal 10 snin.
Il-qraba jridu jinnotifikaw il-mewt tal-mejjet fir-Reġistru Pubbliku jew fl-Uffiċċju tal-Isptar Mater Dei. Jeħtieġ ukoll li jirritornaw il-Karta tal-Identità tal-mejjet. Jekk il-Karta tal-Identità elettronika tal-persuna mejta tintilef, il-qraba jridu jagħmlu rapport lill-pulizija.
Appuntament ibbukkjat minn qabel:
Jekk jogħġbok mur ir-riċeviment u informa lir-riċevitur dwar l-appuntament.
Ir-receptionist tikkonferma l-isem fuq il-lista tal-appuntamenti.
Għal karti tal-identità mitlufa/misruqa, irid jitressaq rapport tal-pulizija minn Uffiċjal tal-Pulizija preżenti fir-riċeviment.
Il-formola tal-applikazzjoni tiġi kkontrollata u jinġabru l-Bijometriċi li ġejjin:
L-applikazzjoni mbagħad tiġi proċessata u l-formoli rilevanti kollha, inklużi l-formoli elettorali, jiġu ffirmati.
Il-ġbir tal-Karta tal-Identità elettronika (e-ID Card) jista' jsir jew bil-posta reġistrata jew personalment mill-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità.
Dħul mingħajr appuntament:
Jekk jogħġbok mur ir-riċeviment.
Għal karti tal-e-ID mitlufa/misruqa, irid jitressaq rapport tal-pulizija minn Uffiċjal tal-Pulizija preżenti fir-riċeviment.

- Jekk il-Formola ID10 jew ID10a tkun diġà mimlija, il-formola tal-applikazzjoni tiġi kkontrollata u tiġi direzzjonata lejn Kamra 4 fl-iskrivanija tal-appuntamenti.
- Jekk il-Formola tal-applikazzjoni ID10 jew ID10a ma tkunx mimlija, allura din trid timtela fir-riċeviment. Il-formola tal-applikazzjoni tiġi kkontrollata u tiġi direzzjonata lejn Kamra 4 fl-iskrivanija tal-appuntamenti.
Għal karti tal-identità mitlufa/misruqa, irid jitressaq rapport tal-pulizija minn Uffiċjal tal-Pulizija preżenti fir-riċeviment.
Il-formola tal-applikazzjoni tiġi kkontrollata u jinġabru l-Bijometriċi li ġejjin:
- Ritratt tal-wiċċ;
- Firma;
- Marki tas-swaba'.
L-applikazzjoni mbagħad tiġi proċessata u l-formoli rilevanti kollha, inklużi l-formoli elettorali, jiġu ffirmati.
Il-ġbir tal-Karta tal-Identità elettronika (e-ID Card) jista' jsir jew bil-posta reġistrata jew personalment mill-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità.
Dħul mingħajr appuntament:
Jekk jogħġbok mur ir-riċeviment.
- Jekk il-Formola ID10 jew ID10a tkun diġà mimlija, il-formola tal-applikazzjoni tiġi kkontrollata. Imbagħad tintalab tipproċedi għal Kamra 3 Bijometrija u Kamra 4.
- Jekk il-Formola ID10 jew ID10a ma tkunx mimlija, allura din trid timtela fir-riċeviment. Il-formola tal-applikazzjoni tiġi kkontrollata. Imbagħad tintalab tipproċedi għal Kamra 3 Bijometrija u Kamra 4.
- Jekk tiġi sottomessa formola online, in-numru ta’ referenza jiġi nnotat. Wara l-iffirmar tal-formoli, tintalab tipproċedi għall-Kamra 3 Bijometrija u wara għall-Kamra 4.