Taqsima tal-Karta tal-Identità
Imla l-Formola ID10 (is-sezzjoni tar-rakkomandatur u ritratt daqs passaport iffirmat mill-istess rakkomandatur) jekk l-applikant qed japplika għall-ewwel darba. Ir-rakkomandatur irid ikun persuna li għandha grad universitarju. Il-Formola ID10 tista' tinġabar mit-Taqsima tal-Karti tal-Identità jew titniżżel.
Għal persuni adottati li twieldu f’Malta JEW twieldu barra minn Malta u ġew adottati minn ġenituri Maltin, li għandhom 18-il sena jew iżgħar, iridu jissottomettu:
- Ċertifikat tat-Twelid
Għal persuni adottati li twieldu barra minn Malta u ġew adottati minn ġenituri Maltin u għandhom aktar minn 18-il sena, biex jissottomettu:
- Ċertifikat tat-Twelid
- Iċ-Ċertifikat taċ-Ċittadinanza maħruġ minn Aġenzija Komunità Malta

Karta tal-Identità
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
agħmel appuntament.
