Taqsima tal-Karta tal-Identità
Mit-12 ta' Frar 2014, it-Taqsima tal-Karti tal-Identità ġiet trasferita lil Identità.
Ġie miftiehem li Identità taċċetta applikazzjonijiet relatati mad-data elettorali taċ-Ċittadini Maltin f'isem l-Uffiċċju Elettorali.
L-immaġni tal-wiċċ u l-informazzjoni miġbura biex tiġi prodotta l-karta tal-e-ID attwali jgħaddu lill-Uffiċċju Elettorali u jintużaw għal skopijiet relatati mal-elezzjonijiet, inkluż l-istampar ta' dokumenti tal-votazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-reġistri elettorali.
- Persuni li japplikaw għall-ewwel darba (inklużi persuni li tilfu d-dritt tal-vot) huma meħtieġa jimlew u jiffirmaw il-Formoli Elettorali 1 u 4.
- Persuni li japplikaw biex ibiddlu l-indirizz residenzjali tagħhom huma meħtieġa jimlew u jiffirmaw il-Formola Elettorali 2.
- Persuni li japplikaw biex ibiddlu kunjomhom u l-indirizz tagħhom huma meħtieġa jimlew u jiffirmaw il-Formola Elettorali 2A.
- Persuni li japplikaw biex jikkoreġu kwalunkwe informazzjoni huma meħtieġa jimlew u jiffirmaw il-Formola Elettorali 3.

Karta tal-Identità
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
agħmel appuntament.
