Taqsima tal-Espatrijati
Ċittadini mhux tal-UE (magħrufa wkoll bħala ċittadini ta' pajjiżi terzi) jistgħu jżuru Malta permezz ta' viża Schengen, li tippermetti moviment liberu fiż-Żona Schengen kollha lill-membri tal-Unjoni Ewropea taż-Żona Schengen kif ukoll lill-membri tal-EFTA taż-Żona Schengen. Viża Schengen hija valida għal massimu ta' 90 jum f'kull perjodu ta' sitt xhur, li jibda mid-data tad-dħul.
Dawk iċ-ċittadini mhux tal-UE li ġejjin minn pajjiżi b'reġim mingħajr viża u li huma eżenti milli japplikaw għal Viża Schengen għal skopijiet ta' vjaġġar għall-ewwel 90 jum huma mistennija japplikaw għal Viża Nazzjonali jekk jixtiequ jibqgħu aktar minn 90 jum.
Il-kisba ta' viża Schengen biex wieħed jidħol u jgħix għal perjodu speċifiku ta' żmien f'żona Schengen ma tfissirx li d-detentur ta' din il-viża jista' jieħu impjieg jew jistudja f'Malta.
Jekk jogħġbok żur it-taqsima tal-Unità Ċentrali tal-Viżi għal aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' viżi.

Ibbukkja għaċ-Ċittadini tal-UE
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
agħmel appuntament.
