Taqsima tal-Espatrijati
Dokument ta' eResidence ġeneralment jinħareġ għal ħames (5) snin. Fil-każ ta' dipendenti, il-validità tad-dokument tirrifletti dik tal-isponsor.
It-tiġdid tad-dokument ta' eResidence jista' jsir billi tintbagħat e-mail lil: eu.identita@gov.mt, fejn jiġi indikat:
- Isem u kunjom;
- Numru ta' residenza (format: 0xxxxxA);
- Konferma jekk l-ambitu tar-residenza jibqax l-istess jew hux qed jinbidel.
Identità se twieġeb b'data u ħin għall-appuntament tal-bijometriċi, akkumpanjata mill-formola applikabbli li trid timtela u l-lista ta' dokumenti li jridu jiġu ppreżentati fil-ħin tal-appuntament.

Ibbukkja għaċ-Ċittadini tal-UE
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
agħmel appuntament.
