Taqsima Ċentrali tal-Viża
Sal-lum, total ta' 26 pajjiż jaderixxu mal-Ftehim ta' Schengen; 22 Stat Membru tal-UE u erba' (4) Stati Assoċjati oħra (Stati Membri mhux tal-UE) abolixxew il-kontrolli fil-fruntieri u implimentaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen fir-rigward tal-ħruġ ta' viża. Is-26 Stat Membru ta' Schengen huma l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Islanda*, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein*, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja*, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera*.
(*Stati Membri mhux tal-UE)
Filwaqt li erba' (4) Stati Membri tal-UE – il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija – għadhom mhumiex membri sħaħ taż-żona Schengen u żewġ (2) oħrajn – l-Irlanda u r-Renju Unit – iżommu politiki awtonomi dwar il-viżi, l-immigrazzjoni u l-ażil u ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni Schengen.

Ibbukjar ta' Passaport
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
agħmel appuntament.
