Taqsima Ċentrali tal-Viża
Rekwiżiti
L-applikazzjonijiet għall-viża għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa fuq il-Formola tal-Applikazzjoni għall-Viża (din tista' titniżżel minn din il-websajt jew tinkiseb minn waħda mill-Missjonijiet Diplomatiċi ta' Malta barra minn pajjiżna).
Il-Formola tal-Applikazzjoni għall-Viża trid tiġi ffirmata mill-applikant, u għandha tinkludi:
- Passaport (li l-validità tiegħu ma tridx tkun inqas minn 3 xhur); u
- ritratt wieħed (1) daqs tal-passaport (bil-kulur, meħud fuq sfond abjad, u l-wiċċ għandu jkun jidher b’mod ċar).